Abbużi fl-MCAST; ordnata investigazzjoni

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li ħatar bord ta’ inkjesta dwar allegazzjonijiet li rċieva relatati mal-MCAST.

Filwaqt li ma speċifikax dwar x’jikkonċernaw l-allegazzjonijiet, il-Ministeru qal li dawn huma allegazzjonijiet “ta’ natura operattiva u amministrattiva tal-Kulleġġ.”

Dawn l-allegazzjonijiet jistgħu jitqiesu reati kriminali.

Il-Ministru Evarist Bartolo ħatar lis-Sur Paul Bonello bħala ċ-chairperson  ta’ dan il-bord. L-ismijiet tal-membri l-oħrajn tista’ tarahom f’din l-ittra indirizzata lis-Sur Bonello.