Abbuż minn sustanzi jirrovina dak li jikseb il-bniedem – Dr Buontempo

L-organizazzjonijiet tal-isport għandhom jgħinu n-National Anti-Doping Organisation. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo f’laqgħa li saret dalgħodu.

Din l-organizazzjoni taħdem kontra l-abbużi li jsiru fil-logħob sportiv, u huwa imperattiv li jkollhom ir-riżorsi biex jagħmlu dan.

Dr Buontempo żied jgħid li studju li sar fl-2012 wassal għal konklużjoni li hemm ftit għarfien dwar is-sustanzi ta’ droga. Qal li l-gvern se jniedi kampanja mmirata lejn atleti u tfal, li tqajjem kuxjenza dwar dan.

Qal ukoll li l-messaġġ ta’ din il-kampanja tkun qed turi l-effetti li dawn is-sustanzi jistgħu jħallu fit-tul, li jwassal għal saħħa u reputazzjoni ħażina tal-atleti. Temm jgħid li kull abbuż ifixkel is-sinifikat u l-gost ta’ kull sport kompetittiv.

Għal dan is-seminar kienu preżenti Dr Lucienne Attard, Ċerperson tal-Kummissjoni Nazzjonali kontra l-Iddopjar, u Jonathan Barbara Ċerman tal-Kunsill Malti għall-Isport.   

 

Ritratti: DOI Clodagh Farrugia O'Neill