Abbuż: Mhux ħati wara 11-il sena fil-Qorti

Jingħata kumpens ta’ €5,000.

Wara każ ta’ 11-il sena, u wara li raġel instab li mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika, il-Qorti tatu kumpens ta’ €5,000.

Andrea Stellato tħallas €5,000 mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Dan sforz tad-dewmien żejjed biex jiġi deċiż appell li jeħilsu minn kull akkuża ħlief waħda.

Huwa kien ġie akkużat ta’ abbuż domestiku fl-2006, u instab ħati fl-2011. Huwa appella s-sentenza tiegħu, u wara 11-il sena fil-Qorti, is-sentenza oriġinali kienet tnaqqset minn 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, għal dik ta’ libertà kundizzjonata.

Il-Qorti ordnat lill-Avukat Ġenerali biex iħallas lil Stellato  €5,000 f’kumpens tad-dewmien, wara li semgħet il-każ.