Abbuż li jtaqqbu widnejn trabi ta’ ftit xhur?

Filmat onlajn ta’ tarbija ta’ ftit xhur, togħxa bil-biki hekk kif taqqbulha widnejha, qanqal kontroversja sħiħa.
Minkejja li hu suġġett li jfeġġ minn żmien għall-ieħor, il-ġenituri tat-tarbija ta’ erba’ xhur, minn Florida fl-Istati Uniti, spiċċaw fil-mira ta’ kritika kbira.
Jidher, li t-tarbija, Emily, damet tibki għal madwar 30 sekonda wara li taqqbulha widnejha, imbagħad ikkalmat.
Il-kummenti fuq il-mezzi soċjali qed jiddeskrivu dan l-att bħala ‘krudili’, li jgħaddi lit-trabi minn trawma u saħansitra li hu abbuż tat-tfal, li għandu jsir illegali.
Madanakollu, il-ġenituri ddefendew ruħhom u qalu li huwa aħjar li dan isir meta jkunu ta’ dik l-età għax ma jiftakru xejn la jikbru.
Int x’taħseb?