Abbuż Ċilì: Il-Papa jiltaqa’ ma’ 9 vittmi oħra – 7 saċerdoti

Il-Papa Franġisku lbieraħ iltaqa’ ma’ disa' vittmi ta’ abbuż sesswali mill-kleru fiċ-Ċilì, sebgħa minnhom saċerdoti.
Il-laqgħa mat-tieni grupp ta’ vittmi Ċileni saret fil-Vatikan u damet aktar minn erba’ sigħat.
Mis-seba’ saċerdoti, ħamsa minnhom huma vittmi tas-saċerdot magħruf Fernando Karadima.  Uħud huma vittmi ta’ abbui ta’ poter.
Il-vittmi kienu akkumpanjati minn saċerdoti li kienu ilhom jappoġġjawhom għal aktar minn 20 sena. Huma qalu li għandhom tama u fiduċja fir-riformi li l-Papa beda fil-Knisja u li fi kliemhom qed jittrattaw l-abbużi li qed jinkixfu b’mod regolari.