Abbozz ta’ liġi li timplimenta regoli ġodda Ewropej kontra l-ħasil tal-flus

Il-Gvern ressaq abbozz ta’ liġi għall-ewwel qari fil-Parlament biex Malta ddaħħal fis-seħħ id-direttiva l-ġdida Ewropeja kontra l-Ħasil tal-Flus.
Id-direttiva Ewropeja kellha tidħol fis-seħħ sas-26 ta’ Ġunju li għadda. Id-direttiva għandha l-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażżjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. I
d-direttiva se tidħol fil-liġijiet Maltin b’numru ta’ miżuri leġiżlattivi.
Fost il-miżuri ġodda se jkun hemm li Malta jkollha reġistru tal-benefiċċjarji bil-għan li tiżdied it-trasparenza dwar min huma s-sidien tal-kumpaniji u biex jiżdied l-iskambju bejn l-aġenziji li jiġġieldu l-ħasil tal-flus.
Il-Gvern qal li diversi miżuri biex tidħol fis-seħħ din id-direttiva se joħorġu għall-konsultazzjoni pubblika dalwaqt.