Abbozz ta’ liġi dwar il-klima għall-konsultazzjoni pubblika

Il-Gvern għadu kemm nieda għall-konsultazzjoni pubblika l-abbozz ta’ liġi dwar azzjoni favur il-klima.
L-għan tal-abbozz hu li jipprovdi azzjoni biex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima. B’hekk jitrażżnu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li huma kkawżati mill-ħidma tal-bniedem.
Il-Ministeru għat-Tibdil fil-Klima qal li l-abbozz jinsab onlajn fuq is-sit elettroniku www.environment.gov.mt.
Dawk li jixtiequ jibgħatu s-sottomissjonijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan sal-Ġimgħa 14 ta’ Novembru fuq l-indirizz ta’ posta elettronika climateactionbill.msdec@gov.mt.