Abbozz biex jiħraxu l-multi għal min jaħqar l-annimali

DOI - Reuben Piscopo

Inħareġ abbozz fil-Parlament sabiex il-multi fuq il-moħqrija tal-annimali jiħraxu. Dan qalu waqt konferenza stampa, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri. Huwa qal li għalkemm il-Gvern miexi fit-triq it-tajba, xorta waħda hemm bżonn li jiġi kkomunikat il-messaġġ li l-ebda moħqrija fuq l-annimali mhi tollerata.

Camilleri żied jgħid kif hawn bosta NGOS li jgħinu fl-addozzjonijiet tal-annimali, u qal li għal darb’ oħra l-Gvern ta għotjiet lil NGOs li qed jagħmlu dan. Il-ħlasijiet ivarjaw minn €50 sa €130. Dawn l-għaqdiet jiċċekjaw li l-ambjent li jkunu fih l-annimali  jkun post xieraq li jixraqilhom u li jkunu mħarsa. Camilleri rringrazzja lill-għaqdiet kollha għax-xogħol li għamlu u ħeġġeġ biex iżjed NGOs jimxu fuq il-passi ta’ dawn l-għaqdiet.