Awdjo: ‘Il-Papa ħareġ mill-karozza joħdilna b’idejna’

Matul dawn il-ġranet tas-Sajf, 25 abbati minn 25 parroċċa differenti f'Malta qed joffru servizz fil-Bażilika ta' San Pietru. Flimkien magħhom hemm ukoll Fr Karl Sultana u s-seminarista Ayrton Muscat.

Is-seminarista Ayrton Muscat jitkellem dwar kif dawn l-abbatini kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-Papa Franġisku. Huwa ħareġ mill-karozza u ħa b'idejn kull persuna fil-grupp tal-Maltin. 

Il-grupp ta’ abbatini Maltin ħalla Malta nhar il-Ġimgħa li għadda u jasal lura fl-10 ta’ Settembru.   

 

Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja