Abbas irid Musulmani iktar moderati biż-żjara tal-Papa

Il-President tal-Palestina, Mahmoud Abbas, kiteb ittra lill-Papa Franġisku, fejn tah l-awgurju tiegħu għaż-żjara li se jagħmel iktar tard dan ix-xahar.
Fl-ittra qallu wkoll li jittama li ż-żjara tiegħu tgħin biex il-Musulmani isiru iktar moderati.
Abbas qal li l-pjan tal-Papa biex iżur l-Eġittu hi riflessjoni tal-impenn tiegħu favur il-ġustizzja u l-paċi, u sabiex jinkoraġixxi ilħna moderati madwar id-dinja kollha, speċjalment fir-reġjun tiegħu.