Abjad karti f’emerġenza…pittoresk!

Maltempata kbira f’irjieħ f’qawwa ta’ urugan u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp wasslet għal żewġ pulzieri snow fil-grigal tal-Istati Uniti tal-Amerka, b’madwar 650,000 konsumatur bla provvista tad-dawl

Konsegwenza tal-maltemp qawwi, stat ta’ emerġenza kien iddikjarat f’ħames Stati u ntlaqtu eluf ta’ titjiriet.

Il-maltemp ħasad il-ħajja ta’ mill-inqas erba’ persuni fi New York u l-Kanada.

Mill-aħħar aħbarijiet, jirriżulta li s’issa niżlu iktar minn 28 pulzier ta’ snow fiċ-ċentru ta’ Connecticut u f’żoni bħal Massachusetts, Rhode Island u New Hampshire.

Ritratti: Twitter Katie Slivensky (New England) & Paula Hersey, Blizzard Batters US NE States

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.