Messaġġ ta’ tama minn Red Electrick

Read in English.

Bl-Ingliż jgħidu ‘Life happens when you’re busy making other plans’ u dak hu eżatt li ġara din is-sena.

Artisti madwar id-dinja inkluż Red Electrick kellhom pjan għas-sena 2020 li jniedu kanzunetti ġodda, bosta prestazzjonijiet u anki avvenimenti. Iżda dan kollu kellu jiġi pospost jew ikkanċellat minħabba r-restrizzjonijiet u struzzjonijiet biex inżommu distanza soċjali minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet lid-dinja.

Il-mużika hija l-lingwa li tgħaqqadna u għalkemm l-avvenimenti tħassru, l-mużika kompliet minn ġewwa d-djar minflok fuq il-palk Peter Borg, il-kitarrist ewlieni u l-producer tal-grupp qal li “I will be fine” ma kinitx pjanata li tkun waħda mill-kanzunetti li noħorġu b’mod uffiċjali. Hija kanzunetta mill-album ‘Tragic Optimistic’ li ġie mniedi riċentament. Spontanjament iddeċidejna li ngħadduha l-istazzjonijiet tar-radju lokali peress li l-lirika hija waħda li tista’ tirrelata magħha speċjalment f’dan iż-żmien partikolari. Ftit tal-jiem ilu tellgħajna verżjoni akustika fuq Instagram u rċevejna ħafna messaġġi mingħand l-istazzjonijiet tar-radji u allura għidna għalfejn le!”

Filwaqt li Joe Roscoe li huwa l-kantant u l-awtur tal-kanzunetti ta’ REK żied jikkummenta li “Is-sabiħ tal-mużika hi li s-semmiegħ jista’ jirrelata ma’ kanzunetta b’modi differenti u ‘I will be fine’ hija waħda minn dawk il-kanzunetti. Il-lirika ddur mal-fatt li xi kultant trid tieħu ċans u jkollok il-fidi li tiġri wara ħolma li forsi qatt ma ħsibt li tista’ ssir reali iżda ‘I will be fine’ tista’ tkun ukoll messaġġ ta’ tama u li tkun taf li dawk in-nies madwarek li tant iħobbuk minkejja kollox ser ikunu hemm biex ituk sapport’’

Dan iż-żmien bla preċedent jaf ikun stressanti u iżolanti imma l-fatt li jkollok tama li kollox ser jgħaddi b’wiċċ il-ġid u li tingħaqad mal-maħbubin tiegħek tagħmel differenza kbira biex naddattaw għal dak li huma ‘n-normali’ ġdid.

Stay Safe, Stay Home u żomm f’moħħok li ser ngħaddu minnha u ser noħorgu minnha iktar b’saħħitna.

Il-kanzunetta ‘I Will Be Fine’ ta’ Red Electrick hi waħda minn dawk il-kanzunetti li jinsabu wkoll fuq il-playlist tal-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart.

Għal aktar dettalji tistgħu tidħlu fil-paġna uffiċjali tal-grupp fuq facebook permezz ta’ dan il-link.

Tistgħu wkoll tisimgħu il-kanzunetta “I Will Be Fine” fuq Spotify permezz ta’ dan il-link.