Read in English.
Il-Papa Franġisku mistenni jieħu t-tilqima kontra l-coronavirus il-ġimgħa d-dieħla.
Huwa qal dan f’intervista fuq l-istazzjon Canale 5, filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex jieħdu l-vaċċin meta tiġihom l-opportunità.
Żied jgħid li ma jifhimx l-oġġezzjoni ta’ xi nies biex jieħdu l-vaċċin, għax fil-fehma tiegħu, jekk dan ikun approvat u rakkomandat mit-tobba, dan hu sinjal li hu sigur.
Aktar dettalji
Il-Papa Franġisku f’intervista esklussiva fuq it-TV
L-intervista se tixxandar fid-8.40pm illejla fuq il-Canale 5. L-istazzjon se jibqa’ għaddej bi programmi dwar il-Papa Franġisku, inkluż b’film dwaru.
Il-film tal-lejla
Filmat: “Sejħuli Franġisku” – film dwar il-Papa tal-Poplu