99.9% ċerti li bomba kkawżat it-traġedja tal-ajruplan Russu

L-Istati Uniti qed tidher dejjem aktar ċerta li bomba terroristika kkawżat it-traġedja tal-ajruplan tal-passiġieri fl-Eġittu.
Diversi sorsi li tkellmu ma’ midja internazzjonali, fis-servizzi sigrieti, militari u tas-sigurtà nazzjonali, kollha kkonfermaw dan.
Uffiċjal partikolari qal li jinsab “99.9% ċert li kienet bomba.”
Intant ir-Russja għadha għaddejja bil-ħidma biex il-katavri jaslu lura fil-pajjiż biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.
S’issa saru erba’ vjaġġi u l-bieraħ sar servizz ta’ tifkira fil-Katidral ta’ San Pietruburgu fejn kellu jasal l-ajruplan.
Il-qanpiena l-kbira tal-Katidral daqqet 224 tokk biex tfakkar il-224 vittma.
S’issa, wara testijiet tad-DNA ġew identifikati 58 vittma.