99,000 adult isegwi xi kors edukattiv

Ftit aktar minn 99,000 persuna qed jieħdu xi tip ta’ edukazzjoni jew kors permezz ta’ kompjuter, ċentri tat-tagħlim jew libreriji.
L-iktar mezz ta’ tagħlim komuni għall-individwi adulti li jridu jsegwu xi kors huwa l-kompjuter, fejn 92 minn kull 100 persuna jfittxu xi tip ta ċertifikat meta jsibu suġġett li jinteressahom.
Statistika maħruġa mill-NSO turi li 86% tal-adulti li jkomplu jistudjaw jagħmlu dan biex itejbu l-prospetti tal-karriera tagħhom jew biex ibiddlu l-impjieg.
70% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ tal-NSO qalu li ħassewhom li marru aħjar fuq ix-xogħol tagħhom filwaqt li kważi nofshom qalu li ħadu promozzjoni wara li lestew il-kors.
Dan l-istħarriġ sar fuq persuni li għandhom bejn il-25 u l-64 sena.