985 każ ta’ abbuż minn benefiċċji soċjali

Fl-aħħar tliet snin instabu 985 każ ta’ abbuż minn benefiċċji soċjali.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Din iċ-ċifra tirrappreżenta madwar żewġ każi minn kull ħamsa li ġew investigati.
Bejn Jannar 2013 u Novembru 2015 kienu investigati 2,636 allegat abbuż.
L-ikbar numru ta’ investigazzjonijiet, 1,040 saru fl-2013. F’dik is-sena nstabu 379 każ ta’ abbuż.
Fis-sena ta’ wara, nstabu 291 abbuż minn 721 investigazzjoni, waqt li bejn Jannar u Novembru 2015 nkixfu 315-il abbuż minn 875 investigazzjoni.