98% tat-tfal bejn it-8 u l-15-il sena għandhom aċċess għall-internet

Ingħata bidu għal laqgħa ta’ tliet ijiem dwar is-sigurtà fuq l-internet fejn qed jieħdu sehem 30 ċentru minn madwar l-Ewropa.

F’Malta madwar 98% tat-tfal bejn it-8 u l-15-il sena għandhom kompjuter bis-servizz tal-internet.

90% tat-tfal bejn it-8 u 15-il sena għandhom aċċess jew profil fuq Facebook.

Waqt din il-laqgħa, membri tal-INSAFE se jkunu jippjanaw kif nistgħu nikkontribwixxu lejn Internet aħjar u f’sigurta’ għat-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-laqgha qed isservi wkoll biex jiġu ffinalizzati pjanijiet għall-Jum tal-Internet f’aktar Siġurtà.

Din hija ċelebrazzjoni annwali tal-użu speċjalment fost it-tfal u żgħażagħ.

Il-parteċipanti se jkunu jistgħu jwasslu l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom għall-11 ta’ Frar 2014 biex jippromwovu l-kampanja bit-tema "Noħolqu Internet aħjar flimkien" .

Filwaqt li rrikonoxxa l-ħidma importanti mwettqa fuq livell nazzjonali permezz tal-inizjattiva BeSmartOnline!, is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis spjega li dawn l-isforzi ma setgħux isarrfu f'suċċess li kieku ma kienx għall-isforzi kollettivi u kollaborattivi tal-istituzzjonijiet.