Filmat: 98% tal-Maltin u l-Għawdxin għandhom karta tal-identità elettronika

98% tal-Maltin u l-Għawdxin għandhom karta tal-identità elettronika u aktar minn 342,000 ġeddew il-karta tal-identità tagħhom.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela flimkien mas-Segretarju Parlamentari Ian Borg u l-Kap Eżekuttiv ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici qal li l-Gvern ħadem biex €8 miljun mill-fondi Ewropej li kienu allokati għal dan il-proġett ma jintilfux.
Huwa fakkar li kien hawn karti tal-identità b’data skaduta għal aktar minn tmien snin.
Il-Ministru Abela qal li l-karti tal-identità elettroniċi huma validi għal għaxar snin u għandhom livell ogħla ta’ sigurtà fil-verifika tal-identità u żvela kif diġà bdew taħdidiet biex jiġu introdotti inizjattivi varji fuq din il-pjattaforma.
Qal li l-Karta Anzjan ġiet inkorporata fil-karta tal-identità elettronika.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li bħalissa hawn 15 il-pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea fosthom Malta li diġa għandhom il-karta tal-identità elettronika u l-maġġoranza tal-pajjiżi li fadal ghandhom il-pjan li jimplimentawha fil-futur qarib.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut