98 immigrant jipprotestaw fin-Naxxar

L-immigranti f’familji bit-tfal li waslu Malta nhar il-Ħamis li għadda organizzaw protesta iktar kmieni llum waranofsinhar fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. 
98 mill-257 immigrant li ddaħħlu Malta, bħalissa qed jinżammu fin-Naxxar wara li ġew trasferiti miċ-ċentru ta’ Ħal Safi.
Huwa mifhum li l-immigranti ma kkooperawx mal-awtoritajiet sabiex isirulhom il-mistoqsijiet u l-proċess mediku neċessarju.
Nhar it-Tnejn li ġej, l-immigranti mistennija jiġu trasferiti fiċ-ċentru miftuħ.