97% tal-intrapriżi jużaw il-kompjuters u 96% għandhom l-internet

97.8% tal-intrapriżi f’Malta li jimpjegaw aktar minn għaxar ħaddiema jużaw il-kompjuters filwaqt li 96.9% għandhom l-internet.
Mill-istħarriġ tal-NSO jirriżulta li l-intrapriżi qed ifittxu velocità akbar għad-download meta jagħżlu s-servizzi tal-internet.
Matul is-sena li għaddiet, 81.2% tal-intrapriżi kellhom aċċess għall-internet bil-mowbajl, li tissarraf f’żieda ta’ 1.1% fuq l-2014.
36.1% tal-ħaddiema fl-intrapriżi kellhom aċċess għall-internet bil-mowbajl, b’aktar minn 13,000 ħaddiem ingħataw dan l-aċċess.
Mill-istħarriġ jirriżulta wkoll li 73.5% tal-intrapriżi li għandhom l-internet jużaw ukoll il-mezzi soċjali filwaqt li 85.7% għandhom il-websajt tagħhom.
Għaldaqstant kien hemm tnaqqis ta’ 1.4% fil-bejgħ onlajn.
Bejn l-2014 u l-2015, l-intrapriżi li jużaw is-servizzi tal-cloud computing żdiedu b’37.5%.