97% tal-inbid Malti fl-2013 kien DOK jew IĠT

Ritratti: Arkivji

Fetaħ l-istaġun tal-qtugħ u l-għasir tal-għeneb, tradizzjoni li tmur lura madwar 3,000 sena ilu.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Roderick Galdes żar il-kumpanija Delicata Wines fejn ra b’għajnejh il-bdiewa jġibu l-għeneb biex jingħasar fil-fabbrika.
Spjega kif il-produzzjoni mill-ħasda ta’ din is-sena se tkun simili għas-sena li għaddiet.
Roderick Galdes semma kif f’Malta qed iżżid id-domanda għall-għeneb IĠT u DOK, speċjalment fl-2012 u 2013. Saħaq li 97% tal-inbid prodott fl-2013 kien ċertifikat bħala DOK jew IĠT. Żied jgħid li 3% biss kien prodott magħruf bħala inbid tal-mejda. 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut