97 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

F’Malta nstabu 97 każijiet ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 107 persuni. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mil-2,907 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Il-każi attivi fil-pajjiż bħalissa huma ta’ 1,973. Jidher ukoll li l-imwiet żdiedu bi tnejn hekk kif filwaqt li lbieraħ l-infografika tal-Ministeru għas-Saħħa kienet tgħid li l-imwiet f’Malta kienu 149, illum l-infografika qed tgħid li l-imwiet telgħu għal 151.

Ilbieraħ tħabbru 103 każijiet ġodda tal-coronavirus, li minnhom kien hemm:

  • 22-il każ fost membri tal-familja ta’ nies li kellhom il-virus
  • 8 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 2 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 2 każijiet minn attivitajiet soċjali

B’hekk jidher li ma nstabitx l-oriġini ta’ 69 każ.