96 persuna b’multa ta’ €100

Arkivji

Read in English.

96 persuna laqqtu multa ta’ €100 kull wieħed wara li nstabu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni.

F’aġġornament dwar il-coronavirus, il-Gvern qal li s’issa 646 persuna ġew immultati minħabba l-ksur ta’ din ir-regola li ġiet implimentata minħabba l-coronavirus.

Illum instab stabbiliment tal-ikel f’Marsaxlokk b’bank barra t-triq b’żewġ klijenti jieklu fuqu. Is-sid laqqat multa ta’ €3,000. L-istabbiliment jistgħu jservi biss take-away jew delivery bħalissa.

‘Il-bandiera Maltija ddominat il-bjut’

Il-Gvern qal li l-bandiera nazzjonali ddominat il-bjut, galleriji, u twieqi ta’ mijiet ta’ eluf ta’ djar bħala turija ta’ kuraġġ f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Gvern ta’ Malta

Il-Gvern ħabbar li fil-qasam turistiku bdiet ħidma mmirata biex minn issa tħajjar turisti prospettivi jżuru lil Malta hekk kif tgħaddi l-pandemija tal-COVID-19.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) “varat kampanja ta’ pubbliċità b’14-il ilsien differenti ħalli tibqa’ f’kuntatt ma’ turisti prospettivi u turihom l-isbaħ karatteristiċi ta’ Malta. Il-kampanja hija parti mill-istrateġija maħsuba biex Malta tkun f’pożizzjoni tajba fit-turiżmu billi huwa mistenni li l-kompetizzjoni turistika fil-Mediterran se tkun waħda qawwija ħafna wara li tgħaddi l-imxija,” qal il-Gvern.

Malta rreġistrat każ wieħed ta’ coronavirus minn total ta’ 787 swab li saru fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li Malta s’issa reġistrat 427 każ. Minnhom hemm 306 attivi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn