Filmat: 96 każ ġdid tal-Covid-19; ifiqu 132

COVID-19 - Media Briefing - 27-11-2020

COVID-19 - Media Briefing - 27-11-2020

Posted by saħħa on Friday, November 27, 2020

Read in English.

Tħabbru 96 każ ġdid tal-coronavirus, u fiequ 132 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 3,049 swab test li saru. Bħalissa hemm 2,076 każ attiv tal-Covid-19.

OFFICIAL COVID-19 figures for 27•11•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Friday, November 27, 2020

Bejn ilbieraħ u llum mietu 4 anzjani oħra:

  • Anzjana ta’ 85 sena. Ikkonfermata pożittiva fit-13 ta’ Novembru. Mietet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
  • Anzjan ta’ 73 sena. Ikkonfermat pożittiv fl-20 ta’ Novembru. Miet illum fl-Isptar Mater Dei.
  • Anzjan ta’ 72 sena. Ikkonfermat pożittiv fit-22 ta’ Novembru. Miet illum fl-Isptar Mater Dei.
  • Anzjan ta’ 81 sena. Ikkonfermat pożittiv fis-26 ta’ Novembru (ilbieraħ). Miet iktar kmieni llum.
Fl-aħħar 24 siegħa:
Imutu iktar anzjani bil-Covid-19

Xi spikka aktar mill-konferenza ta’ Prof. Gauci?

  • Li taħslu idejkom bl-ilma u s-sapun aħjar mis-sanitiser
  • Jekk inżajt il-maskra, aħsel idejk jew uża s-sanitiser qabel terġa’ tilbisha
  • Ħassru l-ikliet tal-Milied. Jien se nqatta’ l-Milied ma’ żewġi u ibni, għax ngħixu f’dar waħda
  • Il-bars u l-każini se jibqgħu magħluqa matul Diċembru
  • Rapid testing issa disponibbli wkoll f’Għawdex
  • L-età medja ta’ każi pożittivi hija ta’ 44. L-akbar grupp hu dak ta’ bejn il-25 u l-44 sena.
  • F’Għawdex hemm 75 każ attiv ta’ coronavirus.
  • Malta bi strateġija preparata għall-vaċċin tal-Covid-19: fejn se jinżammu, database għal dawk li jeħduha, prijorità min jeħodha l-ewwel

Ilbieraħ tħabbru 152 każ ġdid tal-coronavirus.