96 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 128 persuna

people-wearing-masks-valletta
Ritratt: Miguela Xuereb

Malta għandha 96 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 128 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,909 swab tests li saru.

B’kollox bħalissa hawn 2,034 każ attiv tal-Covid-19.

OFFICIAL COVID-19 figures for 03•12•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, December 3, 2020

Ilbieraħ tħabbru 126 każ ġdid tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 23 każ li tfaċċaw fost il-familji
  • 8 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 9 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • 4 każijiet minn attivitajiet soċjali

Mhix magħrufa l-oriġini ta’ 82 każ minn tal-bieraħ.

Dalgħodu tħabbru żewġ imwiet oħra ta’ nies li kellhom il-virus, biex issa l-għadd ta’ vittmi f’Malta tela’ għal 148.