Read in English.
96 immigrant abbord il-bastiment ta’ Open Arms se jiddaħħlu fil-Port Empedocle fi Sqallija wara li Malta rrifjutat li ddaħħalhom.
L-għaqda Open Arms kitbet dan fuq il-paġna tagħha fuq Facebook. Dawn l-immigranti ħarbu mil-Libja. Ħafna minnhom huma mill-Eritrea, imma hemm ukoll nies mis-Sudan, mill-Eġittu u mis-Sirja.
Open Arms qalet ukoll li s-sitwazzjoni abbord sejra mill-ħażin għall-agħar minħabba l-maltemp qawwi. Li kieku l-immigranti kienu għadhom fuq dgħajsa, qalet l-għaqda, kieku dan kien ifisser mewt fiċ-ċert.
Aktar dettalji
L-Open Arms issalva 96 f’ibħra Maltin