9,500 flixkun vodka tal-kuntrabandu jinqabdu fil-Freeport

Id-Dwana fil-Freeport interċettaw kontejner li fih kellu fliexken tal-vodka bil-kuntrabandu. Ilkontejnerli hu tal-20 pied, kien iddikjarat li qed iġorr xkejjer bil-gypsum powder, mill-port ta’ Odessa, lejn il-port ta’ El Khoms, fil-Libja, b’waqfa f’Malta.

Irriżulta, mill-immaġni tal-iscanner, li fil-fatt il-kontejner kellu filliera ta’ xkejjer u moħbija warajhom kien hemm kaxxi tal-kartun mimlija fliexken tal-vodka. L-ammont ta’ vodka moħbija kien ta’ 9,500 flixkun tal-litru, li t-taxxa duvuta fuqhom hu kkalkulat li tlaħħaq il-€61,000.

Id-Dipartiment tad-Dwana jinsab għaddej b’aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ u qiegħed jikkollabora ma’ Dwani internazzjonali. Il-ħidma koordinata saret bejn żewġ Taqsimiet tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team, u li fiha sar użu wkoll mill-iscanner tad-Dipartiment.