95 każ ġdid ta’ coronavirus; 30 ifiqu

Men-wearing-face-masks-due-to-coronavirus-pandemic-2
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu total ta’ 95 każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta. Dan wara li saru total ta’ 2,529 swab test.

Fl-infografika tal-jum, il-Ministeru għas-Saħħa spjega li kien hemm 30 persuna oħra li fiequ. B’hekk issa fil-pajjiż hawn total ta’ 768 każ attiv.

Il-każi kkonfermati fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-100 każ tal-bieraħ hemm: 31 każ li huma qraba ta’ persuni pożittivi, 9 li kienu kuntatti fuq il-post tax-xogħol, ħamsa li kienu kuntatti diretti u żewġ każi ta’ persuni f’attivitajiet soċjali. Dan ifisser li kien hemm total ta’ 53 li jew huma mill-komunità (sporadiċi), jew inkella il-proċess tal-contact tracing għadu ma’ ġiex iffinalizzat.

Mill-bidu tal-pandemija s’issa saru total ta’ 280,155 swab test li minnhom ħarġu 3,776 persuna pożittiva. Minn dawn fiequ total ta’ 2,967 persuna u mietu 41.