95 immigrant ieħor iddaħħlu Malta mill-AFM

Monique Agius

Read in English.

95 immigrant ieħor iddaħħlu Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu.

Fi stqarrija, l-AFM spjegat li l-immigranti ġew salvati wara li kienu fil-periklu tal-għarqa. L-immigranti ddaħħlu Malta permezz ta’ bastiment tal-armata fil-bażi navali ta’ Hay Wharf fid-9.30am.

Wieħed mill-immigranti kellu bżonn attenzjoni medika immedjata u b’hekk hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Fi stqarrija oħra aktar kmieni dalgħodu, l-AFM qalet li salvat u daħħlet Malta 47 immigrant li kienu jinsabu fil-periklu li jgħerqu. Dan il-grupp iddaħħal Malta fis-6pm.

B’hekk, bejn ilbieraħ u llum, iddaħħlu Malta total ta’ 142 immigrant.