​95 applikazzjoni għall-online gaming

Matul l-2015, l-Awtorità Maltija tal-Gaming irċeviet 95 applikazzjoni għall-online gaming.
Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment fi tweġiba tad-Deputat Laburista Silvio Schembri.
Huwa spjega li matul is-sena li għaddiet kien hemm ukoll applikazzjoni għall-każino f’Malta u żewġ applikazzjonijiet għal każinos abbord vapuri tal-cruises.