9,300 struttura għall-biedja f’Malta

Read in English.

Il-Eurostat spjegat li f’Malta hawn mad-9.300 struttura użati għall-biedja u z-zona li tintuża biex tinħadem l-art hija ta’ 11,200 tomna art.

Skont il-Eurostat kważi l-istrutturi kollha jużaw inqas minn ħames tomniet u z-zona totali li tintuża għal produzzjoni tammonta għal 78.5%.

Il-Eurostat spjegat ukoll li 34% tal-bdiewa għandhom bejn il-55 u l-64 sena u 31.8% għandhom aktar minn 65 sena u 7.1% biss għandhom inqas minn 40 sena.