92 skola jipparteċipaw fi programm ta’ edukazzjoni ambjentali

92 skola minn madwar Malta u Għawdex ġew ippremjati għall-kisbiet tagħhom fil-programm edukattiv ‘Dinja Waħda’.
80% tal-iskejjel primarji pparteċipaw f’dan il-programm u aktar minn nofshom irċevew il-Premju tad-Deheb għall-kisbiet fl-edukazzjoni ambjentali.
Matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premijiet, id-Direttur ta’ Birdlife Mark Sultana appella lit-tfal biex joħorġu fil-kampanja u semma kif matul is-sena skolastika li għaddiet aktar minn 5,000 student u studenta żaru r-riżervi tal-Birdlife.
Intqal li beda l-proċess biex il-programm edukattiv ‘Dinja Waħda’ jinfirex ukoll fl-iskejjel sekondarji.
‘Dinja Waħda’ huwa l-akbar programm ta’ edukazzjoni ambjentali f’pajjiżna u huwa mmexxija minn BirdLife Malta b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, bl-appoġġ tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.