92 pulizija għandhom iktar minn 60 sena

92 uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija għandhom iktar minn 60 sena. 62 minnhom huma riservisti.
Dan qalu fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia meta kien qed iwieġeb diversi mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li 131 uffiċjal għandhom bejn 55 u 59 sena, filwaqt li 315-il membru għandhom bejn 45 u 54 sena.
Dan ifisser, li fost l-1,900 uffiċjal membru tal-Korp, 28% jew 538, għandhom iktar minn 45 sena.