900 evakwati wara valanga fin-Norveġja

Oskar Aanmoen - Twitter

Għaxar persuni ndarbu, u 11 għadhom nieqsa u aktar minn 900 persuna ġew evakwati wara li valanga niżlet fuq vilaġġ fin-Nofsinhar tan-Norveġja.

Il-valanga laqtet żona residenzjali fil-muniċipalità ta’ Gjerdrum li tinsab madwar 30 km fit-tramuntana tal-kapitali Oslo. 

Ħaddiema tas-salvataġġ għamlu ġurnata jfittxu fiż-żona għal tfal u adulti li setgħu nqabdu f’din il-valanga.

Kelliem għall-Pulizija qal li kienu ċerti li hemm nies maqbuda fiż-żona milquta, għalkemm ma kienx stabbilit jekk kienux biss il-ħdax identifikati. 

Ritratti tas-sit urew ħofra kbira b’bini meqrud. Bini ieħor deher imdendel mat-truf ta’ din il-ħofra.

an-Norveġja Harald qal li l-valangi ħallew impatt kbir fuqu. “Il-ħsibijiet tiegħi huma ma ‘dawk kollha li huma affettwati, midruba jew li tilfu djarhom u dawk li issa qed jgħixu fil-biża’ u l-inċertezza li ġabet din il-katastrofi”,qal ir-Re Norveġiż.