90 student arrestati waqt protesti fl-Iran

Waqt protesti kontra l-Gvern fl-Iran li bdew ix-xahar li għadda ġew arrestati aktar minn 1,000 persuna, b’90 minnhom ikunu studenti.
Il-Viċi President tal-Università ta’ Tehran qal li ġie ffurmat kumitat sabiex jiskopri x’se jiġri minn dawn l-istudenti. Huwa Sostna li l-isforzi tagħhom fl-Università huma immirati biex jikkoperaw mal-Awtoritajiet relevanti biex jergħu jirritornaw lura l-istudenti.
Madanakollu, Membru Parlamentari Iranjan saħaq li din il-miżura kienet biss waħda ta’ prevenzjoni u li dawn in-nies mistennija jiġu rilaxxati dalwaqt.
Mill-inqas 21 persuna inqatlu waqt il-protesti li jinsabu għaddejjin madwar il-pajjiż kollu minħabba l-istat tal-ekonomija.
Il-Kap tal-Gwardja tar-Revoluzjoni Iranjana, nhar l-Erbgħa li għadda, iddikjara il-qerda kontra l-irvelli fil-pajjiż. Minkejja dan, numru ta’ villaġġi reġgħu raw bosta protesti oħra. Għaldaqstant, dawn tnaqqsu malli bdew jintbagħtu l-Gwardji Revoluzzjonarji.
L-inkwiet fil-pajjiż beda minħabba żieda fil-prezzijiet u l-korruzzjoni li minnufih qanqlu protesti kontra l-Gvern.