230 priġunier b’għajnuna minħabba d-droga

Read in English.

Bħalissa hemm 90 priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed jieħdu trattament mediku permezz tal-methadone minħabba d-dipendenza tad-droga.

Ma’ dawn hemm 81 persuna li jieħdu sapport psikoloġiku mis-servizz psikoloġiċi mill-Aġenzija għas-Servizz Korrettivi. 15-il persuna fil-preżent qegħdin jattendu programm residenzjali, 44 qed ikunu assistiti mill-Aġenzija Seqda u l-Caritas bi preparazzjoni għal programm residenzjali.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia fuq mistoqsija parlamentari ta’ Beppe Fenech Adami.

18-il persuna taħt l-20 sena residenti f’Faċilità Korrettiva

Fuq mistoqsija oħra tal-istess interpellant, Farrugia qal li hemm 18-il persuna taħt l-20 sena li huma residenti fil-Faċilità Korrettiva.

Il-Ministru Farrugia qal li din is-sena l-Gvern nefaq €1.2 miljun fil-Faċilità Korrettiva u dawn intefqu f’airconditioners, electrician new server room, vetturi, vann inkluż sireni, dwal u alterazzjonijiet; scanners/CCTV u K9 klieb inkluż it-trasport.