90 minuta ta’ miżerja għal Ancelotti ġewwa Stamford Bridge

Carlo Ancelotti kellu jgħaddi minn 90 minuta miżera fir-ritorn tiegħu ġewwa Stamford Bridge, din id-darba bħala l-maniġer ta’ Everton. Chelsea iddominaw lil Everton u b’hekk komplew saħħew posthom fir-raba’ post.

Megħjuna mill-plejer ta’ 18-il sena Billy Gilmour, Chelsea bdew il-logħba b’tempo aktar mgħaġġel u marru fuq quddiem 14-il minuta mill-bidu tal-logħba. Kien Mason Mount li rnexxielu jiskurja l-ewwel gowl. Warajh kien imiss lil Pedro li wara li rċieva l-ballun mingħand Barkley, ma naqasx milli jsib ix-xibka.

Żewġ gowls oħra fit-tieni taqsima, fi żmien tliet minuti, għalqu l-logħba.

Everton ħadu r-ruħ mindu Ancelotti ħa f’idu t-tim. Minn dakinhar ‘l hawn irnexxielhom jiksbu 18-il punt. Iżda tal-lum kienet ġurnata diżappuntanti ħafna għat-Taljan li rritorna ġewwa l-grawnd fejn irneixxielu jirbaħ il-league u l-FA Cup lura fl-2009-10.