90 immigrant fil-periklu fl-SAR Maltija

Read in English.

L-NGO Alarm Phone qalet fuq Twitter li 90 immigrant jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta u għandhom bżonn l-għajnuna malajr.

Alarm Phone rrappurtat li huma jinsabu ftit mili bogħod fin-Nofsinhar ta’ Lampedusa.

Fuq id-dgħajsa hemm nisa kif ukoll tfal. Skont l-NGO l-immigranti infurmawhom li l-mewġ huwa għoli u li għandhom bżonn l-għajnuna u li jiġu  salvati mill-aktar fis possibli.