90.3% applikaw għas-SEC – l-ogħla persentaġġ s’issa

Dis-sena daqs 5,145 kandidat irreġistraw għal eżamijiet tas-SEC, msejħin ukoll O’Levels. Daqs 3,436 minn dawn twieldu f’2002, li tfisser li 90.3% ta’ dawk li twieldu fit-2002 applikaw għas-SEC. Dan huwa l-ogħla numru fl-istorja tal-eżamijiet tas-SEC.

In-numru ta’ kandidati li ġew mogħtija l-ogħla gradi, jiġifieri il-1 u t-2, żdiedu. Iż-żieda tidher partikolarment  fis-suġġetti tal-Ingliż, Matematika, Fiżika, Malti u Letteratura Ingliża matul l-aħħar ħames snin.

Għall-dawk li weħlu mill-eżamijiet tas-SEC, Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar li fis-sajf se jkun hemm klassijiet t’għajnuna, b’xejn.