​90,000 ruħ jirċievu pensjoni

Madwar 90,000 persuna jirċievu xi forma ta’ pensjoni.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġibiet għall-mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Il-maġġoranza tal-pensjonijiet, jew ftit anqas minn 82,000 huma pensjonijiet kontributorji.
Fl-aħħar tal-2015 kien hemm 61,363 persuna tirċievi pensjoni tal-irtirar, 16,331 jirċievu pensjoni tar-romol  u 4,099 li jibbenefikaw minn pensjoni tal-invalidità.
Ftit iktar minn 8,000 ruħ jibbenefikaw minn pensjoniet mhux kontributorji fosthom  4,974 li jirċievu pensjoni tal-età madwar 2,800 li jirċievu forma ta’ pensjoni ta’ diżabilità.
Farrugia fisser li n-numru ta’ persuni li jirċievu pensjoni ta’ diżabilità u jaħdmu, huwa ta’ 607.