9 xhur ħabs minħabba ġarr illegali ta’ arma li taqta’

Raġel ta’ 34 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ingħata 9 xhur priġunerija fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli wara li ammetta li fors l-oħrajn ġarr arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija.
Elliot Paul Busuttil wieġeb ukoll ħati talli wettaq reat meta kien qed iservi sentenza sospiża u għalhekk kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, u li kiser il-paċi pubblika.
Fi Frar li għadda l-istess persuna kien tressaq il-Qorti wara tfittxija li saret mill-Pulizija f’dar f’Buġibba, fejn kien instab ma’ 6 persuni oħra fil-pusses tal-kannabis, l-eroina u l-kokaina.
Busuttil ġie mmultat ukoll €116 minħabba l-ġarr illegali tal-arma, u l-Maġistrat Monica Vella ordnatlu kull għajnuna possibli minħabba l-vizzju tad-droga.