9 xhur ħabs għal żagħżugħ li nqabad bil-kannabis

Żagħżugħ li nqabad bil-kannabis fil-Marsa weħel disa’ xhur ħabs.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Ghana li joqgħod il-Marsa tressaq quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo llum.

Huwa kien akkużat li fil-21 t’Awwissu kellu fil-pussess tiegħu droga f’distanza ta’ mhux aktar minn metru minn skola jew klabb. Inqabad fi Ġnien Belvedere.

Instabulu tliet boroż u sitt qratas tal-kannabis.