9 xhur ħabs għar-raġel li għalaq lil mara f’Rikażli

Roddy Swinton Williams, raġel 37 mis-Seychells kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà b’kundizzjoni. Huwa kien mixli li stupra u prova joqtol lill-martu Nathalie Williams billi żammha bħala ostaġġ, meta qafilha f’post taħt l-art f’Forti Rikażli fil-Kalkara.

Ara: Filmat: L-omm maqfula fil-waħx; żewġha jwieġeb mhux ħati

Wara li ngħata l-libertà b’kundizzjoni, il-Pulizija kienet sabet lil Roddy Williams waqt rejd tad-droga wara 45 ġurnata li kien ilu mfittex. Huwa kien naqas milli jiffirma fl-għassa tal-pulizija.

Wara li kkunsidrat ix-xhieda, il-prosekuzzjoni, id-dokumenti preżentati u dak li qalu l-avukati difensuri, il-Qorti sabet lil Williams ħati u ordnat 9 xhur ħabs.

Ara: Il-psikjatra tikkonferma li issa tista’ tixhed fil-Qorti

Ara: L-omm maqfula fil-waħx: Tixhed fil-Qorti l-ġimgħa d-dieħla