9 persuni arrestati wara l-attakki fit-Tuneżija

Disa’ persuni ġew arrestati wara l-attakki li saru lbieraħ f’Tunis. L-attakki tal-bieraħ ħallew 23 persuna mejta, b’20 minnhom turisti.
Il-presidenza Tuneżina qalet li erba’ minn dawk arrestati kellhom sehem ewlieni fl-attakki fil-mużew Bardo filwaqt li qed tqis li l-ħamsa l-oħra kienu kompliċi.
Kawża ta’ dan l-attakk l-armata qed iżżomm aktar kontroll fl-ibliet il-kbar tat-Tuneżija biex tiġi assigurata l-ordni.
Il-Pulizija Tuneżina ma qalitx min kienu s-suspettati arrestati u tatx iktar dettalji dwar min seta’ kien involut f’dan il-każ.
Intant, rapporti qalu li ż-żewġ suldati li ġew arrestati għamlu xahrejn jittrenjaw mal-militanti Iżlamiċi f’Derna fil-Lvant tal-Libja qabel ma marru lura fit-Tuneżija.