Read in English.
Matul il-jum tal-bieraħ ma rriżultax li kien hemm każi ġodda pożittivi tal-coronavirus. Dan wara li saru ta’ total ta’ 987 swab test li ttieħdu fi żmien 24 siegħa.
Permezz ta’ infografika, il-Ministeru għas-Saħħa spjega li matul il-jum tal-bieraħ kien hemm disa’ persuni oħra li fiqu mill-virus. B’hekk issa fil-pajjiż fadal 75 każ attiv ikkonfermat tal-coronavirus.
S’issa saru total ta’ 69,025 swab test. B’kollox fiqu total ta’ 534 persuna u mietu disa’ persuni.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.