9 mejta wara li kkraxxja ajruplan fil-Ħawaj

Ajruplan żgħir ikkraxxja fil-Ħawaj u ħalla d-disa’ persuni li kienu abbord mejta, skont uffiċjali.

Dan ġara nhar il-Ġimgħa qrib Honolulu fis-6.30pm. Skont id-Dipartiment ta’ Trasportazzjoni tal-Ħawaj, ħadd ma salva f’dan l-inċident tal-ajruplan tal-linja tal-ajru King Air. Jidher li dan l-ajruplan kien qed jintuża għal skydiving.

Għadu mhuwiex magħruf jekk l-ajruplan kienx tiela’ jew nieżel.