9 każi ta’ Covid-19 f’Għawdex

Miguela Xuereb

Read in English.

F’Għawdex bħalissa hemm disa’ każijiet attivi ta’ coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri li spjega wkoll li dawn jammontaw għal 2% tal-każi attivi fil-Gżejjer Maltin.

Camilleri żied jgħid li dawn id-dettalji ngħataw mis-Supretedent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci waqt il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex. Prof. Gauci qalet ukoll li bħalissa ħadd mhu rikoverat fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex talab lis-Supretedent tas-Saħħa Pubblika biex fl-aġġornamenti li tagħti kull nhar ta’ Ġimgħa, tinforma lill-pubbliku bl-ammont ta’ każijiet attivi f’Għawdex, biex jiġu evitati informazzjoni żbaljata u għajdut. Stqarr li din it-talba ġiet milqugħa.

Esprima l-apprezzament tiegħu għar-rimarka mill-Prof. Gauci li faħħret il-kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Ministeru għal Għawdex biex ġiet ikkontrollata l-pandemija fil-gżira.

Il-Membri Parlamentari fuq l-istess kumitat, il-Ministru Anton Refalo, Justyne Caruana, Chris Said u Kevin Cutajar,, ilkoll qablu ma’ din il-proposta.