9 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta

130 każi attivi

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta reġistrat disa’ każi ġodda ta’ coronavirus.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li dan ifisser li f’Malta hemm 130 każi attivi.

Dawn il-każi l-ġodda nstabu minn total ta’ 1727 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Intant fiqu erba’ persuni oħra.

Mir-riżultati pożittivi għall-COVID-19 li ħarġu mit-testijiet li saru lbieraħ, irriżulta test pożittiv f’ħaddiem tas-saħħa li fil-preżent qiegħed jaħdem fil-Covid Swabbing Centres.

Dan ir-raġel sarlu test ta’ rutina li jsir b’mod kultant żmien lill-ħaddiema tas-saħħa kollha. Għaldaqstant, il-persuna ma kellha l-ebda sintomi.

Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika tgħid li waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu, ir-raġel ikun liebes ilbies protettiv, għalhekk ma jkun hemm l-ebda riskju fuq klijenti li jkunu marru fiċ-Ċentru tal-Iswabs. Għalhekk, is-Supretendent ikkonkludiet li r-raġel probabbli ġie f’kuntatt mal-virus meta kien fil-komunità.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn