9 ġriewi abbandunati f’Ħal Luqa

L-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) qed tagħmel sejħa għall-għajnuna tal-pubbliku wara s-sejba ta’ 9 ġriewi li kienu abbandunati f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Luqa. Wieħed mill-ħaddiema sabuhom u ħadhom għand l-Assoċjazzjoni li rrimarkat li dawn il-ġriewi għandhom bżonn li jingħataw il-ħalib minn ġol-bottle.

Jekk hemm xi nies li jixtiequ jgħinu biex jinxtara l-ħalib apposta għal dawn il-ġriewi u xi ikel ieħor jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ dawn il-metodi?

Paypal:
info@aaamalta.com

Jew b’ċekk indirizzat lil AAA fl-indirizz AAA PO Box 24 Birzebbugia

Jew billi tibagħtu SMS fuq

50617350 €2.33
50618060  €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.6

Dawn il-klieb għalissa mhux se jingħataw għall-addozzjoni għax l-għan tal-AAA f’dan l-istadju huwa li jsalvaw lil dawn il-ġriewi.