9 frażijiet li għandek tgħid lit-tfal biex jikkalmaw

Creative Commons

Kull ġenitur ikun jixtieq jara lil uliedu kuntenti u ferħanin. Madanakollu fil-perjodu meta t-tfal ikollhom ħafna tantrums jew fit-terrible twos, il-ġenituri ħafna drabi jħossuhom li ma jafux fejn se jagħtu b’rashom.

Psikologi Amerikani ħarġu lista ta’ frażijiet li jistgħu jużaw il-ġenituri, minflok oħrajn li sfortunatament ma jgħinux lit-tifel jew tifla li jkunu għaddejjin minn dan iż-żmien diffiċli.

Frażijiet alternattivi:

TGĦIDX:  MINFLOK GĦID:

Ikkalma                           Kif nista’ ngħinek??

Ieqaf ibki                         Naf li diffiċli għalik

Int ok, tinkwetax              Inti ok?

Oqgħod kwiet/a                Tista’ tuża leħen iktar baxx?

Tkissirx                            Kun ġentili

Ieqaf werżaq                    Ħu nifs il-ġewwa, imbagħad għidli x’ġara

Tkunx imdejjaq                Huwa normali li tħossok hekk

Issa biżżejjed                   Għandek bżonn tgħanniqa?

Issa daqshekk                  Jien qiegħda hawn għalik

AQRA: 9 affarijiet li għandek tgħid lit-tfal kuljum